Id-disa’ Beatitudnijiet

Għall-aħħar programm mis-sensiela JienInt li jixxandar illum fl-4.30pm fuq l-istazzjon Net, Francesca Polidano se titkellem ma’ Sr Natalie Abela SOC, u ma’ Fr Sergio Fenech dwar id-disa’ Beatitudnijiet; jew aħjar il-vers konklussiv tal-Beatitudnijiet; vers li jiġbor fih dak kollu li Ġesù għallem fit-tmien Beatitudnijiet ta’ qabel. Xi jfisser Ġesù meta jgħid “Ħenjin intom meta jgħajrukom u jippersegwitawkom u jaqilgħu kull xorta ta’ ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba fija, ifirħu u thennew għax ħlaskom kbir fis-smewwiet.”

F’din il-beatitudni se jingħalaq kapitlu ieħor dwar it-tagħlim ewlieni tal-Knisja, wara li fix-xhur li għaddew tkellimna wkoll dwar il-Kmandament. Id-diskussjoni tiżvolġi wara li Franceska titkellem ftit ma’ Sr Natalie u Fr Sergio… X’inhu x-xogħol tagħhom? X’inhi l-kariżma tas-Sorijiet tal-Karità? Dan ser inkunu nafuh qabel ma’ tibda d-diskussjoni.