​Id-diriġenti dubjużi fuq Mourinho

L-eliminazzjoni mill-UEFA Champions League aktar kmieni din il-ġimgħa għadha tidwi mhux ħażin fil-kurituri ta’ Old Trafford hekk kif skont ma’ kiteb il-ġurnal The Daily Mail, il-kowċ ta’ Manchester United Jose Mourinho jinsab f’periklu li jitlef postu.
Jidher illi anke d-diriġenti tar-Red Devils jinsabu frustrati u fl-istess ħin irrabjati għat-tattiċi li uża l-Portugiż fil-logħba f’darhom li lagħbu kontra Seville u li tilfu bl-iskor ta’ 2-1.
Il-bord kollu tal-klabb jinsab dubjuż dwar din it-tmexxija, b’Mourinho illi qed jirċievi biss sostenn mingħand ic-CEO Ed Woodward.
Ir-rabja ta’ dawn l-istess uffiċjali tikber aktar u aktar meta f’dawn l-aħħar xhur nefqu madwar 300 miljun ewro sabiex jinxtraw plejers ta’ kwalità.