Id-Direttur Spanjol jivjaġġa b’tal-linja mal-passiġġieri

Dawk li jużaw is-servizz tal-linja spiss, żgur li bħalissa għandhom xi mistoqsija jew tnejn.
Uħud żgur li kellhom ċ-ċans li jkollhom tweġiba, imma probabbli ma ndunawx li passiġġier fuq l-istess rotta tagħhom kien hemm id-Direttur Maniġerjali tal-kumpanija Spanjola.
Felipe Cosman, id-Direttur Maniġerjali tal-Autobuses de Leon tela’ hu stess fuq tal-linja bħala passiġġier, u qatta’ jiem sħaħ idur ir-rotot ewlenin madwar Malta. Dar ukoll kważi r-rotot kollha f’Għawdex u qabad tal-linja miċ-Ċirkewwa hekk kif niżel minn fuq il-vapur ta' Għawdex..
Dan sabiex iħoss il-polz tal-passiġġiera, b’mod partikolari ta’ dawk li huma dipendenti fuq it-trasport pubbliku.
It-trasport pubbliku f’Malta għadda f’idejn il-kumpanija Autobuses de Leon fit-8 ta’ Jannar li għadda, iżda l-bidliet se jidħlu fis-seħħ f’Lulju li ġej.