Id-direttur il-ġdid tal-Caritas jiltaqa’ mar-residenti u l-ħaddiema

Il-Direttur il-ġdid tal-Caritas f’Malta Anthony Gatt waqt iż-żjarat mar-residenti u l-ħaddiema tal-Caritas qal li l-bniedem għandu jkun dejjem fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Caritas.

Fi żjara f’Dar Papa Franġisku, Gatt tkellem mal-persuni li jagħmlu użu minn dan is-servizz u kellimhom biex iħaddan il-weġgħat li jgħaddu minnhom il-persuni li jinsabu f’din is-sitwazzjoni.

Gatt spjega li l-Caritas trid tibqa’ l-vuċi għal persuni vulnerabbli u fil-bżonn u fil-jiem li għaddew żar ukoll il-komunità terapewtika ta’ San Blas, l-Outreach fil-Furjana u l-grupp Emotions Anonymous.

L-istqarrija tgħid li Gatt se jżur ukoll il-Prison Inmates Programme, Dar Charles Miceli u l-gruppi kollha tal-Caritas li joffru appoġġ.