Awdjo: Id-Direttorat għat-Tindif jirċievi 30 ilment kuljum

Il-Call Centre tad-Direttorat għat-Tindif jirċievi mat-30 ilment kuljum.
Il-maġġoranza ta’ dawn l-ilmenti huma relatati ma’ rimi ta’ skart bl-addoġġ u rimi llegali. Isiru bosta lmenti ukoll fuq skart u ħmieġ f’bini abbandunat.
Skont Ramon Deguara, mid-Direttorat għat-Tindif qal li l-maġġoranza tal-ilmenti jiġu indirizzati f’inqas minn siegħa speċjalment jekk ikunu lmenti fuq skart żgħir.
F’kummenti lil Newsbook.com.mt, Deguara qal li f’każ li jsiru rapporti fuq rimi bl-addoġġ fi propjetà abbandunata, l-affarijiet jikkumplikaw ftit ruħhom. Dan għaliex, skont kif spjega, “ħadd ma jista’ jidħol fi propjeta' privata ta’ ħaddieħor biex inaddaf”.  
Iċ-ċentru li jilqa’ dawn l-ilmenti huwa aċċessibli 24 siegħa kuljum. Mil-lum, in-numru biex wieħed iressaq l-ilment tiegħu huwa 1718.
Dan in-numru ġie mniedi riċentament biex jagħmilha aktar faċli għal dawk li jixtiequ jressqu l-ilment tagħhom.