Id-dipressjoni twassal biex omm toqtol liż-żewġ uliedha

Mara Ingliża li kienet qed issofri minn dipressjoni ta’ wara t-tqala ammettiet li qatlet liż-żewġt itfal tagħha.

It-tfal ta’ disa ġimgħat u xagħrejn mietu fgati fid-dar tal-familja f’Londra. L-iġsma tat-tfal instabu minn missierhom.

Il-mara bdiet tolfoq hi u tirrakkonta dak li ġara fil-qorti. Qalet li parti minnha dejjem se tkun nieqsa, u li hi omm u persuna tajba u qatt ma xtaqet tagħmel ħsara.

Hija ingħata pilloli mit-tabib tagħha, iżda ddeċidiet li ma teħodhomx minħabba li kienet tibża li dawn jaffetwaw il-ħalib tas-sider.

Meta wieħed jaqra din l-istorja, bla dubju jimmaġina li l-omm hija mara mill-agħar. Iżda l-post natal depression x’inhi?

Tkellimna ma’ mara li nediet il-paġna Support In Post Natal Depression Malta fuq facebook.