Id-Dipartiment tas-Saħħa jinvestiga l-każi ta’ abbuż fuq it-tobba

Id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Kura Primarja qal li se jieħu azzjoni dwar il-każi ta’ abbuż fiżiku u verbali fuq tobba u ħaddiema oħra fil-qasam tas-saħħa. 
Id-Dipartiment ikkundanna dawn l-abbużi u sostna li jħaddam politika ta’ tolleranza zero għal każi bħal dawn. 
Wara l-istqarrija li ħarġet mill-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) dwar tobba li jżuru l-pazjenti fid-djar u jispiċċaw vittmi ta’ kliem abbużiv, id-Dipartment qal li ġaladarba jsiru l-investigazzjonijiet, se tieħu azzjoni dwar din l-imġiba ħażina. 
Konsegwenza ta’ dawn il-każi, il-MAM sostniet li qed tikkunsidra li tordna lit-tobba membri tagħha biex min-nhar it-Tnejn li ġej ma jżurux pazjenti d-dar.