Id-dipartiment tal-Istat Amerikan joħroġ twissija liċ-ċittadini Amerikani dwar l-ivvjaġġar globali

Fl-Istati Uniti tal-Amerika, id-dipartiment tal-Istat Amerikan ħareġ twissija dwar l-ivvjaġġar globali minħabba dik li sejjah theddida mhux speċifikata tal-al-Qaeda. Id-dipartiment tal-Istat Amerikan qal li l-potenzjali għal attakk kien partikolarment qawwi fil-Lvant Nofsani u l-Afrika.

It-twissija waslet ftit wara li l-Istati Uniti ħabbret li madwar għoxrin  ambaxxata u konsolati kienu se jkunu magħluqa għada l-Ħadd.

It-twissija ta’ allert tiskadi fil-31 ta 'Awwissu 2013. Kien irrakkomandat li ċittadini Amerikani li jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom ikunu viġilanti.

L-istqarrija tkompli tgħid li l-Informazzjoni li hemm tissuġġerixxi li l-al-Qaeda u l-organizzazzjonijiet affiljati qed ikomplu  jippjanaw attakki terroristiċi kemm fir-reġjun u lil hinn, u li jistgħu jiffokaw l-isforzi tagħhom biex l-attakki jsiru fil-perjodu bejn issa u l-aħħar ta 'Awwissu.

It-twissija ssemmi l-potenzjal minn naha tat-terroristi għal attakki lis-sistemi tat-trasport pubbliku u infrastruttura turistiċi oħra.

Sadanittant, l-Uffiċċju għal Affarijiet Barranin tar-Renju Unit ikkonferma li l-ambaxxata fil-Jemen għandha tingħalaq il-Ħadd u t-Tnejn bħala miżura ta' prekawzjoni.