Id-Dipartiment tad-Dwana jestendi l-ħinijiet tax-xogħol għall-pubbliku

Id-Dipartiment tad-Dwana l-ġimgħa li għaddiet ħabbar li se jkun qed itawwal il-ħin għall-pubbliku fit-Taqsima tal-Proċeduri Speċjali u t-Taqsima tal-Verifika. L-istess se jkun qed japplika għat-taqsimiet l-oħra tad-dipartiment.

Fost dawn hemm it-Taqsima tax-Xorb Alkoħoliku, it-Taqsima tal-Enerġija, l-Uffiċju Ċentrali tat-Transitu u l-Uffiċju Legali. Dawn it-Taqsimiet, flimkien ma’ oħrajn se jkunu qed jiftħu bejn is-7:30am u t-3:30pm.