Id-dinja tilqa’ l-2020 filwaqt li n-nirien u l-protesti jkomplu

Read in English.

Id-dinja qed tiċċelebra jum l-ewwel tas-sena b’murtali minn Sydney sa Londra. Minkejja dan, bosta ċelebrazzjonijiet ġew imdallma minn nirien fatali fl-Awstralja, il-protesti f’Hong Kong u l-India u t-tensjoni nukleari fil-Korea ta’ Fuq.

Għexieren ta’ persuni nġabru fl-ibliet kapitali Ewropej sabiex jaraw murtali spettakkolari li xegħlu s-sema u bosta binjiet magħrufa bħal Big Ben f’Londra, l-Arc de Triomphe f’Pariġi, il-Parthenon f’Atheni u l-Kremlin f’Moska.

Il-waqgħa tal-ballun tal-kristall f’Times Square fi New York wassal iċ-ċelebrazzjoni ta’ sitt sigħat fi tmiemha fi New York. Ix-xita ma waqqfitx l-għexieren ta’ persuni milli jiċċelebraw u jisimgħu diversi artisti fosthom Post Malone, il-Korea-pop band BTS u l-kant-awtriċi Alanis Morisette.

Fl-Awstralja, miljun persuna nġabru fix-xatt ta’ Sydney u f’distretti fil-viċin fejn raw mal-100,000 murtal jisplodu fis-sema. Dan filwaqt li eluf oħrajn fil-Lvant tal-pajjiż bdew jaħarbu min-nirien li għadhom qed jaħkmu lill-pajjiż.

Eluf ta’ persuni laqgħu l-ewwel jum tal-2020 f’Hong Kong fuq bankini mixgħulin bid-dwal neon fil-Victoria Harbour. Ftit wara t-tokki ta’ nofsillejl dawn bdew jagħjtu favur id-demokrazija. L-awtoritajiet f’Hong Kong ħassru l-avveniment bil-murtali għall-ewwel darba fl-aħħar 10 snin. Qalu li dan minħabba li bdew jibżgħu għas-sigurtà taċ-ċittadini. Minflok, kien hemm ċelebrazzjonijiet bid-dwal.