Id-differenza bejn Weightlifting u Powerlifting

It-tnejn huma strength sports però l-Weightlifting huwa rikonoxxut bħala Sport Olimpiku u sfortunatament il-Powerlifting għadu m'huwiex rikonoxxut.
Il-Weightlifting jikkonsisti fuq żewġ lifts li huma dik li jgħidulha Snatch u l-oħra il-Clean & Jerk.
L-Isnatch tibda minn mal-art u trid tuża saqajk biex tibda din il-lift, li minn hemm titfa momentum kbir fuq il-parti ta' fuq ta' ġismek, billi tuża jdejk u s-saħħa ta’ fuq ta’ ġismek, sakemm tasal li tiġi fi Standing Position.
Inti kważi trid tidħol taħt il-ħadida biex ninftiehem naqra ahjar.
Il-Clean & Jerk tibda minn mal-art u l-bar titla’ u tiġi mserrħa għal ftit sekondi taħt il-geddum tal-atleta u tibqa’ tiela’ sakemm tiġi fi Standing Position, minflok titla’ direttament il-fuq bħall-Isnatch.
Minn hemm il-lifter jiġi ġġudikat u jingħata l-punti fuq iż-żewġ lifts. 
Minn naħa l-oħra fil-Powerlifting, il-lifter ħa jiġi ġġudikat fuq tliet lifts li huma l-Isquat, Benchpress u Deadlift.
Kull lift fiha tliet tentattivi, jiġifieri total ta’ disa’ lifts.  
Hawnhekk se jkollna tliet ġudikanti, li tnejn minnhom joqogħdu fil-ġenb ta’ fejn ħa ssir il-lift u l-ieħor ikun quddiem il-lifter u dan irid itih l-ordnijiet tiegħu biex din il-lift issir.
Il-lifter irid jimxi ma’ dawk l-ordnijiet biex ma jiġix skwalifikat.
Il-kompetizzjoni tibda mil-Isquat, fejn il-ġudikant jagħti l-ordnijiet tieghu bil-kliem Start, Squat & Rack.
Sabiex il-lift tkun tgħodd, il-ġudikanti jridu jkunu tnejn kontra wieħed jew jaqblu it-tlieta li huma.
Bħala għajnuna biex il-lifter jinduna li jkun għamilha tajba jrid iġib żewġ ''white lights'' jew tliet ''white lights''.
Jekk igib żewġ jew tliet ''red lights'', ifisser li l-lift ma tgħoddx.
L-Isquat tibda billi l-lifter jieħu l-bar minn fuq ir-rack u jitfagħha fuq għonqu minn naħa ta’ wara jew naqra iktar l-isfel, li tkun magħżula bil-piż li jagħti l-lifter stess qabel jibda u jrid jinżel kważi li jiġi under parallel to the floor u jerġa’ jitla’ biha kollox fil-temp tiegħu u li jobdi mill-imsemmija ordnijiet li jtih il-ġudikant.
Jekk f’waħda mill-lifts jfalli t-tliet tentattivi kollha, il-kompetizzjoni għalih tkun spiċċat u jgħidulu li ġie 'bombed out.'
Minn hemm nimxu għall-Benchpress li f’din ukoll il-ġudikant jaghti l-ordnijiet tiegħu bil-kliem Start, Press & Rack.
Hawnhekk il-lifter irid jaqla’ l-ħadida minn fuq ir-rack jew anke jekk irid jista' jagħżel li jnewluhielu, iniżżel b'idejh il-ħadida fuq sidru u jerġa’ jtellagħha fl-istarting position sakemm jisma’ lill-ġudikant jagħtih il-kmand biex jerġa’ jitfagħha f'postha.
Id-Deadlift tkun l-aħħar lift tal-kompetizzjoni, fejn il-lifter irid minn mal-art itella’ l-ħadida sa qaddu u jerġa’ jniżżilha mal-art meta il-ġudikant jagħmillu s-sinjal hu stess biex jerġa’ jniżżilha f'postha mal-art.
Il-punti jingħataw fuq l-ahjar waħda mit-tliet lifts differenti li jkunu saru matul il-kompetizzjoni u fl-aħħar tittieħed il-medja tal-punteġġi ta’ kull lifter.
Ta’ min jgħid li kull parteċipant jidħol fil-kategorija tal-piżijiet skont kemm ikun għadu kemm intiżen qabel il-bidu tal-kompetizzjoni.
Jiġifieri parteċipant li jiżen 75 kilo qatt mhu se jikkompeti kontra xi ħadd li jiżen 100 kilo.

Newsbook.com.mt jirringrazzja lil Sean MIcallef għal din l-ispjega dettaljata u interessanti.
Għada fl-aħħar parti tal-intervista ma' Sean se naraw kif jidħol il-Powerlifting fil-viżjoni ta' ħajtu u l-futur tiegħu.