Id-differenza bejn id-dħul u l-infiq tal-Gvern tonqos b’€71 miljun

F’Jannar li għadda d-differenza bejn id-dħul u l-infiq rikorrenti tal-Gvern Ċentrali kien ta’ ftit iktar minn €58 miljun. F’Jannar tal-2012 kien ta’ €129 miljun.

Dan ifisser li minn Jannar tas-sena li għaddiet għal Jannar ta’ din is-sena, id-differenza naqset b’ €71 miljun.

Skont informazzjoni miġbura mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, id-dħul rikorrenti żdied b’ €61 miljun filwaqt li l-infiq naqas bi ftit iktar minn €10 miljun.

Iż-żieda ta’ kważi 39% fid-dħul kienet dovuta għal dħul minn skemi, income tax, sigurtà soċjali u VAT. Dan id-dħul kien ikkuntrastat minn tnaqqis fil-kera. It-tnaqqis fin-nefqa tal-Gvern kienet riflessa f’kull settur.

L-infiq tal-Gvern bħalissa huwa ristrett legalment mill-Kostituzzjoni minħabba li l-baġit ma ġiex approvat.