Id-dibattiti bejn Abela u Fearne posthom fuq il-midja tal-PL – Jason Micallef

Read in English.

L-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista Jason Micallef saħaq li d-dibattiti bejn Chris Fearne u Robert Abela li t-tnejn li huma qed jikkontestaw għall-kariga ta’ mexxej tal-Partit Laburista għandhom isiru biss fuq il-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista.

F’kitba fuq Facebook, Micallef sostna li huwa qatt ma qabel li l-kampanja tal-mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista tkun estiża għal dibattiti ‘frivoli’ fuq l-istazzjon tal-istat u/jew midja oħra.

Id-dibattiti fuq stazzjonijiet jew midja oħra li mhix tal-Partit Laburista, mhumiex fl-interess tal-Partit Laburista, żied jispjega Micallef. Sostna li l-għan tal-midja l-oħra tkun li toħroġ kummenti kontroversjali li joħolqu tensjoni żejda. Skont Micallef, f’programmi bħal dawn id-diskors li jsir huwa ‘min se jqaċċat iktar irjus u attakki fuq it-tmexxija ta’ qabel bit-tajjeb u l-ħażin kollu li jkun sar.’

Micallef ammetta li dejjqu d-diskors li sar fil-konfront tal-Kummissarju tal-Pulizija, dan għaliex kemm Abela u Fearne qalu li se jkunu qed jagħmlu Kummissarju ġdid.

Fil-konklużijonijiet tiegħu, Micallef wissa’ li aktar kemm it-tellieqa bejn iż-żewġ kandidati iktar ma jdumu ma jingħalqu ‘l-ġrieħi kollha’.

In what may be perceived as a dig against Chris Fearne, Micallef said that he did not like the comments made about the Commissioner of Police when according to Micallef, the European Parliamentary Commission had nothing but praise for the Commissioner.