Id-dħul għall-bdiewa jonqos b’7%

Statistika mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika (NSO) turi li d-dħul għall-bdiewa naqas b’7% fl-2017 u kien ta’ €58 miljun.

Skont l-NSO dan in-nuqqas kien l-aktar dovut minħabba l-fatt li s-sussidji mhux marbutin direttament mal-produzzjoni naqqsu b’10.4%.

Skont l-istqarrija t-tnaqqis kien ukoll reġistrat fi prodotti tal-uċuh tar-raba, u prodotti mill-annimali. L-NSO tispjega li n-nefqa fil-proċessi tal-produzzjoni naqset b’0.5% minħabba fost l-oħrajn, tnaqqis fl-użu tal-enerġija.