Id-dħul fil-Kulleġġi De La Salle u San Alwiġi għadu qed jiġi diskuss

Read in English.

Id-dħul fis-Sixth Forms tal-Kulleġġi De La Salle u San Alwiġi għadu qed jiġi diskuss mal-awtoritajiet tal-Edukazzjoni u l-bord tal-Matsec. Dan minħabba li kif tħabbar ilbieraħ l-iskejjel kollha se jibqgħu magħluqa sa Ġunju.

Fi stqarrija, is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija qal li dawn huma ċirkustanzi bla preċedent u għaldaqstant huwa mistenni li jkun hemm reviżjoni tal-kriterji għad-dħul mis-sena skolastika li jmiss.

Intqal ukoll li kif id-diskussjonijiet jiġu konklużi jiġu ppublikati mill-Kulleġġi rispettivament.

Il-pubbliku ġie mħeġġeġ jagħti żmien meħtieġ biex dawn l-istituzzjonijiet edukattivi jirrispondu għas-sitwazzjoni preżenti b’mod validu u ġust fl-aħjar interess ta’ kulħadd.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn