​“Id-dgħajsa li serqu kienet tiswa €800”

Id-dgħajsa li nsterqet  mid-Dwejra, minn tliet żgħażagħ Għawdxin ftit jiem qabel Santa Marija, kienet tiswa €800.
Ma’ Newsbook.com.mt, kelliema għall-Pulizija qalet li t-tliet persuni mistennija jitressqu l-Qorti, hekk kif jiġu konklużi l-investigazzjonijiet tal-Pulizija.
Mal-arrest tagħhom, iż-żgħażagħ ammettew li wettqu r-reat.
Sorsi infurmati qalu ma’ Newsbook.com.mt li kienet il-ħidma ta’ 10 uffiċjali mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali (CID) li wasslet biex ġiet identifikata u nstabet il-vettura li ntużat fis-serqa.
Ritratt: Visitgozo.com – Id-dgħajsa misruqa mhix fir-ritratt