Id-deputati tal-PD suġġetti għall-Whip tal-Oppożizzjoni biex jitkellmu

L-Ispiker Anglu Farrugia ta ruling fil-Parlament li l-membri tal-Oppożizzjoni f’isem il-Partit Demokratiku se jkunu protetti mis-sedja biex jingħataw ħin adattat u proporzjonat, jekk dawn jagħmlu talba,
Marlene u Godfrey Farrugia jħossu li l-Whip tal-Oppozizzjoni mhux tagħtihom l-opportunità li jaghmlu l-intervent tagħhom meta l-ħin tad-dibattitu jkun wieħed limitat.
Madankollu l-Ispiker qal li l-Kostituzzjoni ta’ Malta ssemmi Gvern u Oppozizzjoni waħda u għaldaqstant l-membri tal-Oppożizzjoni huma suġġetti għad-deċizjoni tal-Whip tal-Oppożizzjoni.
Madankollu sostna li f’dawn ic-cirkustanzi dejjem se jitlob għall-bon sens biex l-ebda Membru Parlamentari ma jkunx imċaħħad milli jintervjeni fil-Parlament.
Id-deputat Godfrey Farrugia talab ir-ruling mill-Ispeaker ghax id-deputati tal-Partit Demokratiku huma tal-fehma li wara li sfaxxa l-qbil bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Demokratiku l-whip tal-Oppożizzjoni mhux se jalloka ħin lilhom fid-dibattiti li jkunu limitati bil-ħin.
"Kuntenti bid-deċiżjoni tal-Ispiker" – il-PD
Sadanittant il-Partit Demokratiku rrimarka li hu kuntent bid-deċiżjoni tal-Ispiker, u laqa' l-fatt li jekk b'xi mod iż-żewġ Membri Parlamentari tal-Oranġjo ma jingħatawx il-ħin mistħoqq mill-Whip tal-PN, l-Ispiker jidħol biex jipproteġihom.