Id-Deputat Prim Ministru tal-Awstralja jħabbar li se jirriżenja

Id-Deputat Prim Ministru tal-Awstralja Barnaby Joyce qal li se jirriżenja wara saga ta’ kwistjonijiet politiċi.
Joyce qal li se jirriżenja wkoll mill-kariga tiegħu bħala l-Kap tan-Nationals, wieħed mis-sħab minuri tal-Gvern, nhar it-Tnejn.
Skont il-BBC, Joyce kien offra reżistenza kontra talbiet biex jirriżenja fil-passat meta kienu qamu mistoqsijiet dwar jekk kienx kiser r-regoli ministerjali.
Fil-passat Joyce kien hedded li joqtol il-klieb tal-attur Johnny Depp minħabba vjolazzjoni tal-kwarantina.
Il-Prim Ministru Awstraljan Malcolm Turnbull irringrazzja lil Joyce u ddeskrivieh bħala kelliem ewlieni għal Awstralja rurali u reġjonali.
Turnbull kien ikkritika lil Joyce l-ġimgħa l-oħra peress li dan tal-aħħar kellu attività sesswali ma’ waħda mill-ħaddiema tiegħu. Wara l-inċident, il-Prim Ministru ħabbar li l-Ministri kienu se jiġu pprojbiti milli jkollhom attività sesswali mal-ħaddiema tagħhom.