Frederick Azzopardi se jinġieb Malta b’ambulanza tal-ajru

FB: Frederick Azzopardi

Read in English.

Se jinġieb lura Malta b’air ambulance id-deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi wara li ħassu ma jiflaħx waqt li kien għal żjara uffiċjali fil-Marokk u qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa f’ċentru mediku.

L-Ispeaker Malti Anġlu Farrugia ħabbar dan illejla fil-parlament.

Id-deputat Għawdxi kien fil-Marokk għal-laqgħa tal-Ħarifa tal-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa

Waqt li qed isiru arranġament għal dan il-vjaġġ, huwa mistenni li Azzopardi jasal Malta fis-sigħat li ġejjin.