Id-deputat Frederick Azzopardi jagħmel intervent mediku

Aktar kmieni llum, id-Deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi sarlu intervent mediku l-Isptar Mater Dei.
L-intervent irnexxa u d-Deputat Nazzjonalista se jkun qed jinżamm l-isptar għall-osservazzjoni.
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista, awguralu fejqan ta' malajr, filwaqt li appella biex tiġi rispettata l-privatezza tal-familja.