Id-deni tal-Black Friday beda minn kmieni

"Il-pubbliku qed jirrispondi għad-diversi offerti f'dan il-jum importanti għal min iħobb jixtri" - Abigail Mamo - CEO

Read in English.

Illum sigħat qabel ma nfetħu ċerti ħwienet kien hemm bosta kjus twal quddiemhom biex il-konsumaturi jkunu ċerti li jkunu huma li jaħtfu l-aħjar offerti.

Il-kjus ma damux wisq ma mxew għax in-negozji kienu lesti għal dan billi żiedu l-ħinijiet tal-ftuħ u żiedu l-impjegati biex jilqgħu għad-domanda kbira li kienet ferm aktar kbira minn qabel.

Il-postijiet tan-negozji u l-inħawi tagħhom bdew jimtlew mhux ħażin il-ħin kollu.
S’issa ma kienx hemm problemi ta’ traffiku. Dan, flimkien mat-temp sabiħ u l-offerti eċċezzjonali, qed jiġbdu lill-klijenti  biex japprofittaw irwieħom mill-okkażjoni.