Id-deni fit-tfal: meta għandek issejjaħ tabib?

REUTERS/Thomas Peter

Meta għandek issejjaħ tabib?

  • Tarbija ta’ inqas minn tliet xhur jitlgħalha d-deni. Id-deni fit-trabi huwa t-tweġiba waħdanija tagħhom għal xi ħaġa serja. Fit-trabi tat-twelid, temperatura baxxa wkoll tista’ tindika xi ħaġa serja.
  • Deni fuq tarbija li jdum iktar minn ħamest ijiem. Il-pedjatra jista’ jkun irid jinvestiga għal raġunijiet mhux daqshekk evidenti.
  • Deni ogħla minn 104ºF (40ºC).
  • Deni li ma jinżilx minkejja sforzi biex tniżżlu.
  • Tarbija li ma taġixxix b’mod normali, diffiċli biex tqajjimha, mhux qed tixrob biżżejjed likwidi. Trabi li ma jxarrbux mill-inqas erba’ ħrieqi kuljum u tfal ta’ età ikbar li mhumiex jgħaddu l-urina kull tmienja sa tnax-il siegħa jistgħu jkunu neqsin mill-ilma f’ġisimhom (dehydrated) b’mod allarmanti.
  • Jekk it-tarbija tagħtiha aċċessjoni: (a) midd it-tarbija fuq ġenbha (b) tpoġġilha XEJN f’ħalqha (ċ) ċempel l-Emerġenza fuq 112 jekk l-aċċessjoni ddum iktar minn 5 minuti.

X’għandek tagħmel:

  • Agħti lit-tarbija ħafna likwidi.
  • Attenzjoni għal sinjali ta’ nuqqas ta’ likwidi (dehydration).
  • Agħtiha tiekol jekk turi li trid tiekol.
  • Matul il-lejl ara li kollox ikun sew mat-tarbija.
  • Żomm it-tarbija d-dar.
  • Agħtiha paracetamol jew ibuprofen jekk tidher imdejqa, mhux f’sikkitha jew ma tiflaħx.
  • Kellem tabib jekk tħossok tinkwieta dwarha.

X’m’għandekx tagħmel:

  • Tneżżax lit-tarbija u xxarrabhiex bi sponża biex tiffriskaha (id-deni huwa reazzjoni naturali għall-infezzjoni).
  • Tgħattix lit-tarbija b’ħafna ħwejjeġ jew kutri.
  • Tagħtix aspirina lil tfal taħt is-16.
  • Tħallatx paracetamol u ibuprofen jekk it-tabib ma jgħidlekx tagħmel hekk.
  • Tagħtix paracetamol lil tarbija taħt ix-xahrejn.
  • Tagħtix ibuprofen lil tarbija taħt it-3 xhur jew li tiżen inqas minn 5 kilogrammi.
  • Tagħtix ibuprofen lil trabi li jbatu bl-ażma.
  • Dejjem staqsi lit-tabib għandekx tagħti ibruprofen, speċjalment bħalissa li hawn il-coronavirus. Inħarġu twissijiet dwar din il-mediċina f’dan il-perijodu.

Għandek tinkwieta meta t-tarbija:

  • Ikollha ebusija f’għonqha.
  • Ikollha ħafas li ma jiċċarawx meta tagħfas tazza fuqhom.
  • Jibda jdejjaqha d-dawl.
  • Tagħtiha aċċessjoni l-ewwel darba u ma tiqafx titriegħed.
  • Saqajha u riġlejha kesħin ħafna.
  • Tkun imħeddla u ma tkunx tista’ tqajjimha.
  • Tbati biex tieħu n-nifs u tiġbed l-istonku ’l ġewwa taħt il-kustilji.
  • Ikollha l-parti ratba ta’ fuq rasha li tkun imqabbża ’l barra.

Tista’ tara l-verżjoni diġitali ta’ FLIMKIEN billi tagħfas hawn.

Ara l-magazine hawn