Id-delivery man jeħel sentejn priġunerija

Brandon Cachia, iż-żagħżugħ ta’ 27 sena li l-ġimgħa li għaddiet kien irrappurt nieqes waqt li kien qed iqassam xi oġġetti tal-ħanut li kien jaħdem miegħu, ingħata sentenza ta’ sentejn priġunerija.

Cachia ammetta li biegħ il-prodotti biex jixtri l-kokaina. Jirrizulta li nhar it-Tnejn seraq laptop fost l-oħrajn u kellu wkoll id-droga. Cachia ammetta wkoll li kiser kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja.

Kemm l-għajnuna legali kif ukoll l-Ispettur tal-Pulizija qalu li l-akkużat kien lest jagħmel kollox biex ikollu programm ta’ rijabilitazzjoni.