Id-delitt imwettaq miż-żewġ suldati huwa inkwetanti – PD

AFM

Read in English.

Il-Partit Demokratiku (PD) qal li l-qtil reċenti ta’ Lassana Cisse minn żewġ suldati huwa inkwetanti, diżgustanti, u jmur kompletament kontra l-valuri li Malta suppost tħaddan.

Fi stqarrija, il-PD qal li wieħed irid jistaqsi għaliex il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu bżonn jistenna biex jiskopri li kien hemm suldati Maltin wara l-omiċidju qabel ma ttieħdet pożizzjoni kontrih.

Fi kliem il-PD, it-tribaliżmu huwa l-akbar sors tal-mibgħeda u s-sessiżmu. Il-PD appella biex il-migranti jirċievu paga dinjituża. Qal ukoll li hemm bżonn aktar infurzar favur standards ta’ akkomodazzjoni Ewropej li ma jinkludux l-ippakkjar ta’ appartamenti b’żewġt ikmamar tas-sodda b’għaxar persuni.

Il-PD qal li hemm bżonn li wieħed jieqaf kontra persuni li jsejħu lilhom infushom politiċi imma jippriedkaw biss fuq il-mibgħeda u r-razziżmu. Il-partit sejjaħ għal programm edukattiv li jgħallem li kull persuna hija ugwali.

Il-PD qal li l-vauri Maltin huma favur il-kompassjoni, is-solidarjetà, u l-inklussività.

Aġġornata (2): Iwieġbu mhux ħatja ż-żewġ persuni akkużati bil-qtil ta’ immigrant f’Ħal Far

Il-PA qed tabbuża l-politika tas-Solar Farms – PD

Fi stqarrija, il-PD qal li fil-proċess tal-għoti ta’ permessi biex barrieri mhux użati jinbidlu f’solar farms, l-ambjent qed jiġi kompromess peress li dawn il-permessi qed jiġu mgħotija barra mill-konfini tal-perimitru tal-barrieri. Il-permessi ġew estiżi għal art agrikola fil-viċin.

Il-Kap tal-PD Godfrey Farrugia qal li l-PA ma tqisx il-kapital naturali u li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) hija dgħajfa.

Il-kandidat tal-PD għall-elezzjonijiet tal-MEPs Martin Cauchi Inglott qal li l-politika tħalla barra s-Siġġiewi, l-Imqabba, il-Qrendi, u Ħal Kirkop. Qal li madanakollu ngħata permess għal solar farm f’barriera fl-Imġarr qrib il-Falka Gap ridge.

Il-kandidata Camilla Appelgren qalet li xi barrieri ngħataw il-permess li jinbidlu f’żoni industrijali.

L-affarijiet aktarx mhux se jinbidlu meta jitla’ l-PN – Martin Cauchi Inglott

Fi stqarrija il-kandidat Martin Cauchi Inglott qal li l-affarijiet f’Malta aktarx mhux se jinbidlu meta jkun hemm gvern Nazzjonalista peress li se jkollu jwettaq ħafna wegħdiet minħabba l-allegat dejn li għandu l-PN.

Cauchi Inglott qal li s-Sibt li ġej se jkun eżami li jara jekk il-Maltin iridux politika tat-tribujiet jew jekk iridux trasparenza permezz ta’ partiti terzi nodfa.