Id-delegazzjoni Vjetnamiża tiltaqa’ mal-Papa Franġisku

Vatican Media

Filwaqt li delegazzjoni mill-Vjetnam iltaqgħet mas-Santa Sede għal diskussjonijiet bilaterali, dawk preżenti ngħataw iċ-ċans li jiltaqgħu mal-Papa Franġisku.

Id-diskussjonijiet saru fil-21 u t-22 ta’ Awwissu sabiex jiġu żviluppati u mtejba r-relazzjonijiet bilaterali, b’foka partikolari fuq il-ħajja ekleżjastika fil-Vjetnam. Il-Monsinjur Antoine Camilleri li fl-2013 inħatar Sotto-Segretarju tas-Santa Sede għar-Relazzjonijiet bejn l-Istati mexxa d-delegazzjoni tas-Santa Sede. Flimkien ma’ Mons. Camilleri kien hemm id-Deputat Ministru għall-Affarijiet barranin To Anh Dung li mexxa d-delegazzjoni Vjetnamiża.

Aqra: Monsinjur Malti involut fit-tmexxija ta’ diskussjonijiet bejn il-Vatikan u l-Vjetnam

Skont il-media tal-Vatikan, iż-żewġ delegazzjonijiet kellhom diskussjonijiet profondi fir-relazzjoni bejn il-pajjiż u l-Vatikan, inkluż tkellmu fuq il-mod kif tiġi milqugħha l-Knisja Kattolika fil-pajjiż.

Id-delegazzjoni Vjetnamiża qalet li l-Istat tal-Vjetnam qiegħed dejjem itejjeb l-eżekuzzjoni ta’ policies konsistenti li jirrispettaw u jassiguraw il-ħelsien ta’ twemmin u reliġjon. Intant, ir-rappreżentanti tas-Santa Sede esprimew l-apprezzament tagħhom għall-assistenza li l-Istat qed jagħti lill-Knisja Kattolika.

Flimkien waslu wkoll għal ftehim dwar modi kif jistgħu jippromwovu r-relazzjonijiet bejn il-Vjetnam u l-Vatikan fiż-żmien qarib, b’mod partikolari fuq il-prinċipju ewlenin li jappratjenu għal status ta’ liġijiet biex ikun hemm Rappreżentant Residenzjali tal-Papa u uffiċċju għal dan ir-rappreżentant fil-Vjetnam.