Id-delegati tal-PL jeleġġu 12-il membru ġdid tal-Eżekuttiv Nazzjonali

Id-delegati tal-Partit Laburista eleġġew 12–il membru tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista waqt li bħalissa għaddejja l-Konferenza Ġenerali tal-partit.
Għal din l-elezzjoni kien hemm 761 delegat eliġġibli biex jivvutaw u minnhom 637 tefgħu l-vot tagħhom. Dan ifisser 83.7% tad-delegati li vvutaw f’din l-elezzjoni.
Intant il-membri eletti huma: Cassar Ġuża, Farrugia Monica, Agius Frans, Zammit Alamango Nikita, Fenech Catherine, Falzon Ray, Mizzi Raymond, Zammit Alfred, Rocco Manuel, Gafa’ Neville u Cilia Joe