Id-dejn f’Malta żdied bi 2.7%

Id-dejn fiż-żona Ewro bejn April u Ġunju żdied għal 92.7%,  filwaqt li dak fl-Unjoni Ewropea żdied għal 87%.  Dan meta mqabbel mal-perjodu ta’ bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena.
Statistika maħruġa mill-Eurostat turi li d-dejn f’Malta żdied bi 2.7% u jammonta għal 75% tal-Prodott Gross Domestiku.
L-iktar pajjiżi li għandhom dejn huma l-Italja b’134% u l-Portugall b’129%.