Id-defiċit jiżdied b’€50 miljun

Id-defiċit tal-Gvern għall-perjodu ta’ bejn Jannar u Lulju tal-2014 żdied b'€50 miljun, għal €309 miljun.  
Matul l-ewwel seba’ xhur tas-sena, id-dħul rikorrenti tal-Gvern żdied b’€87 miljun.
B’hekk, id-dħul rikorrenti tal-Gvern kien jammonta għal €1,631 miljun, żieda ta’ 5.7% fuq is-sena li għaddiet.
L-ikbar kontributuri għal din iż-żieda kienu l-kontribuzzjonijiet mis-Sigurta’ Soċjali, b’total ta’ €33 miljun u permezz tat-taxxa tad-dħul u l-VAT b’madwar €57 miljun.