Id-defiċit jitla’ għal €132 miljun

Fl-ewwel kwart tas-sena 2014, il-Gvern irreġistra €132.4 miljun f’defiċit.
Matul il-perjodu ta’ bejn Jannar u Marzu tal-2014, id-dħul tal-Gvern kien jammonta għal €686.7 miljun, żieda ta’ €19-il miljun fuq l-ewwel kwart tas-sena li għaddiet.
Din iż-żieda qed tiġi attribwita għal żieda fit-taxxa fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni b’ammont li jlaħħaq is-€36.4 miljun.
Kien hemm żieda sostanzjali fit-trasferimenti kapitali, €16.1 miljun u kontribuzzjoni soċjali ta’ €9.5miljun.
L-infieq totali ammonta għal €818 miljun.
L-ikbar żieda fin-nefqa kienet irreġistrata fil-Benefiċċji Soċjali.
L-ammont kien ilaħħaq għal €21 miljun. Kien hemm aktar minn €18-il miljun f’infieq għall-kumpens lill-ħaddiema u trasferimenti soċjali.