Id-deċiżjoni biex isir l-Australian Open hija “daħka fil-wiċċ” – Broady

L-Ingliż Liam Broady ddeskriva l-email li ntbagħtet lill-plejers dwar id-deċiżjoni li ttieħdet biex jintlagħbu xorta l-logħob tal-Australian Open bħala “daħka fil-wiċċ”. L-email kienet qed tiddefendi din id-deċiżjoni li ttieħdet anka jekk il-kwalità tal-arja hija fqira.

Hu qal li “demmu jbaqbaq” għall-fatt li kellu jilgħab l-ewwel rawnd ta’ kwalifika nhar it-Tlieta li għadda. L-atleta ta’ 26 sena beda jbagħti biex jieħu nifs waqt il-logħba li tilef kontra Ilya Ivashka tal-Belarus. Il-logħob ftit qabel kien sospiż għal siegħa minħabba li Melbourne tgħattiet b’daħna sħiħa.

L-email intbagħtet lill-atleti maskili minn ATP Tour u Tennis Australi. L-email għalqet hekk: “il-kundizzjoni tal-arja toffri sfida, iżda l-esperti mediċi kkonfermawlna li l-logħob xorta possibbli li jkompli”.

Aktar kmieni din il-ġimgħa waħda mill-plejers tat-tennis kellha tirtira f’nofs logħba mill-Australian Open wara li ma setgħatx tieqaf tisol minħabba l-kwalità fqira tal-arja. Dan hu kollu kaġun tan-nar li ħakem lill-Awstralja.

L-atleta Slovakka Dalila Jakupovic kellha tingħata l-għajnuna biex toħroġ mill-court wara li kellha tieqaf f’nofs logħba. Hi kienet qed tikkompeti kontra l-Isvizzera Stefanie Vogele fl-ewwel rawnd ġewwa mmelbourne.