Id-dawra ta’ Manoel Island se tibqa’ miftuħa

L-Awtorità tal-Ippjanar laqgħet is-suġġeriment tal-Kunsill Lokali tal-Gżira biex id-dawra ta’ Manoel Island ma tingħalaqx mill-kumpanija MIDI permezz ta’ grada.
Fi stqarrija, il-Kunsill Lokali spjega li  l-pjan oriġinali tal-kumpanija kien li l-perimetru tal-gżira Manoel tiddawwar bi grada b’ detriment partikolari għall-persuni b’ aċċessibilità ristretta, bħall-anżjani, familji bit-tfal u persuni b’ diżabilità.
Is-Sindku Conrad Borg Manché rringrazzja lill-MIDI li semgħet l-oġġezzjonijiet tal-Kunsill u biddlet fhemtha.
Qal li l-Kunsill se jkompli jara li l-pjan kummerċjal tal-MIDI jkun esegwit bl-inqas detriment possibbli għar-residenti li għandhom għal qalbhom dan is-sit storiku.
Min-naħa tagħha l-Awtorità tal-Ippjanar talbet biex isir ftehim bejn il-Kunsill u l-MIDI dwar il-ftuħ u l-għeluq ta’ Manoel Island.