“Id-darba li jmiss li tmur tixtri aħseb dwar kif qed titratta lil min qed jaqdik”

Wieħed mis-supermarkets lokali li bħalissa jinsabu bieżla jaħdmu konra l-ħin minħabba l-għadd kbir ta’ persuni li ta’ kuljum qed imorru jagħmlu xirjiet kbar minħabba l-pandemija tal-coronavirus ħareġ lista ta’ 20 punt li jaħseb li l-poplu Malti għandu jżomm f’moħħu f’dan iż-żmien. Appella biex id-darba li jmiss li xi ħadd imur jixtri minn xi ħanut lokali jaħseb darbtejn fuq il-mod kif qed jitratta lil dawk li qed jagħmlu minn kollox biex jaqduh.

Fuq Facebook, Piscopo’s Cash and Carry qal li minħabba l-kundizzjonijiet preżenti, il-ħanut spiċċa mingħajr toilet paper, mingħajr hand sanitiser, ġieli jispiċċa mingħajr ħalib, bajd u laħam. Irrimarka li jekk wieħed ma jsibx xi ħaġa fuq l-ixkaffa, dan ifisser li l-istokk tal-prodott spiċċa u mhux li s-sid tal-ħanut jew il-ħaddiema ħbewh f’xi kamra fuq wara.

Intant, il-post kompliet billi spjegat li dan ix-xogħol ilhom jagħmluh mal-25 sena u ma nesewx kif jordnaw il-prodotti tagħhom. Il-ħanut irrimarka li ma kienx hu li kkawża lill-fornitur jispiċċa mingħajr prodott. Irrimarka li fejn jidħlu ħaddiema fil-ħanut, qed iħaddem skont kemm għandu impjegati. Qal li bħalissa dawn qed jaħdmu sigħat twal ta’ overtime biex jassiguraw li l-klijenti kollha jinqdew. Qal li jiddispjaċih li hemm kjuwijiet twal meta wieħed jiġi biex iħallas għax-xirja tiegħu.

Il-ħanut għamel referenza wkoll għal lista twila ta’ punti biex juri dak li qed jgħaddi minnu t-tim tiegħu ta’ kuljum kemm minħabba l-perikli kurrenti, kif ukoll minħabba l-arroganza ta’ ċertu persuni li jispiċċaw iħabbtu wiċċhom magħhom ta’ kuljum. Il-ħanut qal:

  1. It-tim ipoġġi lilu nniffsu fil-periklu ta’ kuljum biex il-klijenti jkunu jistgħu jagħmlu x-xirjiet tagħhom.
  2. It-tim jaħdem qatta’ bla ħabel biex jassigura li hemm prodotti aċċessibbli fil-ħanut għall-klijenti.
  3. It-tim jinsab eżawrit.
  4. It-tim jinsab imbeżża’ li se jimrad.
  5. It-tim huwa magħmul minn persuni umani li huma f’periklu daqs kwalunkwe persuna oħra, jekk mhux aktar. Dawn iżda qed imorru għax-xogħol ta’ kuljum biex il-pubbliku jkun jista’ jagħmel ix-xirja tiegħu.
  6. It-tim mhux qed jiġi apprezzat biżżejjed
  7. It-tim jaffaċċja aktar persuni li jistgħu ikunu infettati bil-virus f’siegħa minn persuna normali.
  8. It-tim qed jiġi abbużat kuljum u matul il-ġurnata kollha minn klijenti li m’għandhom l-ebda idea dwar “kemm qed jaġixxu ta’ injoranti”.
  9. It-tim jiddiżinfetta l-uċuh kollha tal-għamara tal-ħanut kuljum filwaqt li l-klijenti li jużaw il-wipes malli jidħlu fil-ħanut biex inaddfu jdejhom iwaddbu dawn il-wipes fit-trolley jew mal-art u l-ħaddiema jkollhom joqgħodu jnaddfu warajhom.
  10. It-tim ikollu jmiss basktijiet ta’ klijenti li huma viżibilment maħmuġin għax dawn ma jiġux imnaddfa.
  11. It-tim għandu dritt għal break, ħin biex jiekol u ġranet fejn ma jaħdimx.

Il-ħanut kompla billi rrimarka li l-ħaddiema fis-supermarkets u l-ħwienet lokali huma r-raġuni għaliex il-poplu għandu minn fejn jixtri t-toilet paper, sanitizer, ħalib, bajd u laħam. Qal li jekk il-ħanut li wieħed normalment jixtri mingħandu jinsab mingħajr xi prodott, wieħed għandu jsib xi persuna li xtrat biżżejjed minn dak il-prodott biex ikollha x’tuża’ għal sena sħiħa u titlob lilhom sabiex forsi jaqsmu magħha minn dak li għandhom.

#hardtruth #blessedwithmyteam #keepussafeI manage a grocery store. Here's some things everyone should know:1. I…

Posted by Piscopo's Cash and Carry on Friday, April 10, 2020