Id-dar tas-Simblija tagħlaq il-bibien għall-viżitaturi

Read in English.

Id-dar tal-anzjani tas-Simblija waqqfet il-viżitaturi milli jżuru l-anzjani residenti f’din id-dar hekk kif resident irriżultat pożittiv kif iddaħħal l-isptar.

Id-dar bagħtet ittra lir-residenti u lill-familji tagħhom li fiha indikat li ma hemmx lok għall-allarm. Intqal li l-istaff kollu u l-familjari li ġew f’kuntatt mar-resident ġew ikkuntattjati biex jagħmlu Swab Test.

Il-maniġment tad-dar tal-anzjani adotta proċedura li permezz tagħha r-residenti tas-Simblija ġew segregati minn dawk ta’ Hilltop Gardens li tinsab fl-istess żona.

Twaqqfet ukoll il-quddiesa milli ssir fil-kappella tad-dar tal-anzjani. BBQ li kien ippjanat li jsir il-Ħamis ġie kkanċellat ukoll.

L-ittra iffirmata mill-General Manager tgħid ukoll li qed jittieħdu l-miżuri kollha biex is-sitwazzjoni tinżamm taħt kontroll.