Aġġornata: “Id-Dar tal-Providenza twettaq missjoni inkredibbli” – Joseph Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat appella lil poplu Malti biex ikompli juri s-solidarjetà mad-Dar tal-Providenza biex tkun tista’ twettaq il-missjoni inkreddibbli u tant bżonnjuża għall-pajjiż.
Muscat qal dan meta aktar kmieni llum żar is-sitt edizzjoni tal-Maratona tal-Volleyball b’riżq id-Dar tal-Providenza.
Il-Prim Ministru kellu l-opportunità jiltaqa’ mal-voluntiera u l-plejers li qed jieħdu sehem f’din il-Maratona ta’ 53 siegħa li l-għan tagħha huwa li jinġabru il-fondi tant meħtieġa għal din id-Dar.
Iltaqa’ ma’ uħud mill-105 residenti li jgħixu fid-Dar tal-Providenza.
Iktar tard imbagħad, kien imiss lid-Deputat Mexxej Nazzjonalista Beppe Fenech Adami li jżur il-maratona. Minn naħa tiegħu huwa wkoll appella lill-poplu Malti sabiex iżur il-maratona u joffri d-donazzjonijiet tiegħu. Fenech Adami ltaqa mar-residenti u dawk preżenti fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza.
Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, irringrazzja lill-mexxejja politiċi tas-sostenn u l-appoġġ tagħhom. Huwa appella għal ġenerożita tal-Maltin, biex jkomplu jgħinu din il-kawża.