Id-Daniżi jivvutaw kontra iktar integrazzjoni mal-UE għas-sigurtà u l-intern

F’referendum, id-Daniżi vvutaw ‘Le’ għal iktar integrazzjoni mal-UE fil-qasam tas-sigurtà u l-intern.
B’53% tal-voti, il-pajjiż issa jrid jinnegozja ftehim ieħor mal-UE minħabba l-użu tas-servizzi tal-Europol, l-aġenzija Ewropea għall-infurzar tal-liġi inkluż kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu.
Il-Prim Ministru Daniż, Lars Lokke Rasmussen, qal li l-Gvern se jaħdem biex ir-rieda tal-poplu tkun imħarsa.
Il-Gvern u l-Oppożizzjoni kienu qed jikkampanjaw għall-‘Iva’, imma ħafna qed iwaħħlu fil-fatt li l-mistoqsija tar-referendum kienet ikkumplikata u teknika li ħafna ma fehemuhiex.