Id-Danimarka twaqqaf kontrolli temporanji mal-fruntiera mal-Iżvezja

Denmark's Prime Minister Mette Frederiksen speaks during a news conference in the Prime Minister's Office in Copenhagen, Denmark, September 6, 2019. Ritzau Scanpix/Niels Christian Vilmann/via REUTERS

Id-Danimarka se tkun qed timplimenta kontrolli temporanji mal-fruntiera mal-Iżvezja mix-xahar id-dieħel, skont il-Ministru għall-Ġustizzja Daniż Nick Haekkerup.

Din il-miżura qed tidħol fis-seħħ wara li żewġ Żvediżi ġew akkużati bl-involviment tagħhom fi splużjoni barra l-binja tal-aġenzija Daniża tat-taxxa f’Awwissu.

Il-Prim Ministru Mette Frederiksen qal li dak iż-żmien il-Gvern kien qed jikkonsidra li jsaħħah il-kontrolli mal-fruntiera tal-pajjiż mal-Iżvezja.

Id-Danimarka hija magħquda mal-Iżvezja permezz tal-pont Oresund li jaqsam strett twil 16-il kilometre. Eluf ta’ ċittadini miż-żewġ pajjiżi jaqsum kuljum mill-fruntiera bil-ferrovija jew bil-karozza. Iż-żewġ pajjiżi huma membri tal-Unjoni Ewropea.