Id-Danimarka quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja minħabba s-snus

Il-Kummissjoni Ewropea ressqet lid-Danimarka quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja wara li naqset milli tgħaddi liġijiet biex ma jkunx iżjed possibbli li jinbiegħu s-snus.
Il-Kummissjoni kienet għarrfet lid-Danimarka bil-possibilità li tispiċċa quddiem il-Qorti Ewropea f’Ottubru tal-2012, iżda dan il-pajjiż Skandinavu naqas milli jilleġiżla kontra dan il-prodott tat-tabakk.
Il-bejgħ tas-snus huwa illegali fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea minbarra l-Iżvezja.
Direttiva Ewropea li tipprojbixxi l-bejgħ ta’ prodotti orali tat-tabakk kienet inkludiet ukoll is-snus.
Filwaqt li din id-direttiva ma twaqqafx persuna milli tuża prodotti orali tat-tabakk, din ma tinkludix mezz kif pajjiż membru jista’ jeżenta xi prodotti.