Id-Danimarka b’liġi kontroversjali li tieħu l-assi tal-immigranti

Il-Parlament fid-Danimarka se jkun qed jiddibatti liġi ġdida li s’issa diġà qanqlet kontroversja.
Id-Danimarka qed tipprova tagħmilha obbligatorja lil immigranti fil-pajjiż biex jgħaddu l-assi tagħhom lill-istat.
Il-proposti diġà ġew ikkundannati min-Nazzjonijiet Magħquda u minn għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-bniedem, imma skont il-Prim Ministru Daniż, din hi l-iktar liġi li nftehmet ħażin fl-istorja tad-Danimarka.
Il-vot mistenni jittieħed iktar tard dan ix-xahar.