Id-39 katavru fl-Ingilterra; is-sewwieq iwieġeb ħati għal immigrazzjoni illegali

A general view shows Old Bailey central criminal court in London, Britain, November 25, 2019. REUTERS/Hannah McKay

Read in English.

Raġel minn naħa ta’ fuq tal-Irlanda wieġeb ħati għall-akkużi ta’ għajnuna għal immigrazzjoni illegali u talli għandu oġġetti li akkwista b’mod kriminali. Dan għall-każ tad-39 persuna mill-Vjetnam li nstabu mejtin fil-wara ta’ trakk f’Londra.

Maurice Robinson, ta’ 25 sena, ma ġiex mitlub iwieġeb għall-41 akkuża l-oħra, fosthom 39 akkuża ta’ qtil. Ma saritx data għall-kawża, u Robinson imissu fil-Qorti fit-13 ta’ Diċembru.

39 katavru fl-Ingilterra: Arrestat is-sewwieq tat-trakk

Il-Pulizija kienet qalet li dan it-trakk beda l-vjaġġ tiegħu minn Zeebrugge fil-Belġju u s-sejba saret ftit wara li t-trakk wasal f’Londra. Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Bulgaru kien qal li filwaqt li t-trakk kien reġistrat il-Bulgarija, fl-2017 kien inxtara minn kumpanija propjetà ta’ mara Irlandiża. Il-Prim Ministru Bulgaru kien fisser li pajjiżu m’għandu ebda rabta ma’ dan it-trakk u l-każ.