Iċempel 911 minn fuq bonnet ta’ karozza għaddejja bil-100km

Read in English.

Raġel irnexxielu jċempel lill-pulizija waqt li kien qiegħed iżomm mal-bonnet karozza miexja b’il fuq minn 100km is-siegħa.

Il-persuna li kienet qed issuq il-karozza kienet l-eks-għarusa tiegħu.

Il-karozza kienet tagħhom it-tnejn, u meta t-tfajla ġiet biex issuq il-karozza biex tmur tiġbor lil bintha, l-eks-għarus tagħha qabeż fuq quddiem tal-karozza u ma ċċaqlaqx. Hija ddeċidiet li ssuq bih b’kollox hekk kif hu ma ried jinżel b’xejn.

Ir-raġel ċempel lill-pulizija minn fuq il-karozza u t-telefonata damet għaddejja għal aktar minn 20 minuta, sakemm fl-aħħar is-sewwieqa waqfet mal-ġenb u ġiet arrestata.