Iċedu l-pedamenti ta’ triq fil-Qala

Parti minn Triq San Ġużepp fil-Qala ċediet minn taħt.

Il-Ministru għall-Għawdex, Clint Camilleri, spjega kif din it-triq se terġa’ tinbena mill-iktar fis possibbli. Dan għax ċedew biċċiet mill-ħajt u pedamenti li jżommu it-triq soda minn taħt.

Huwa ħabbar li biċċa miż-żona se tingħalaq minħabba s-sigurtà.

Fost xogħlijiet oħra li qed isiru Għawdex, se titwessa’ wkoll it-triq bejn ir-Rabat u Marsalforn. Dan se jwassal biex jitqaċċtu 180 siġra.