Aġġornata: Ħadd ma weġġa’ f’Santa Venera

Read in English.

Ħadd ma weġġa’ wara li ċeda taraġ f’Santa Venera s-Sibt waranofsinhar. Kelliem għall-Pulizija fil-bidu qal ma’ Newsbook.com.mt li ċeda saqaf ta’ residenza iżda wara stħarriġ fuq il-post instab li waqa’ taraġ.

Il-każ seħħ fi Triq l-14 ta’ Novembru għall-ħabta tal-4pm.

Fuq il-post hemm il-Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili.