Xbieki tal-ħadid jaqgħu minn krejn, raġel maqbud

Raġel weġġa' wara li nqabad taħt xbieki tal-ħadid bil-konkrit fl-Għadira.
Minkejja li l-ewwel rapporti ndikaw li ċeda saqaf ta' wieħed mill-kmamar ta' villeġġjatura, qabel it-telgħa għaċ-Ċirkewwa, il-Pulizija qalet li xbieki tal-ħadid li kienu qed jinġarru minn krejn waqgħu fuqu.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.10 am.
Huwa nħareġ minn taħt ix-xbieki minn membri tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħed l-isptar Mater Dei b'ambulanza.
L-identità tar-raġel għadha mhix magħrufa