Iċedi pont fil-belt fejn se ssir is-semi finali fil-Brażil

Żewġ persuni mietu fil-belt ta’ Belo Horizonte fil-Brazil wara li ċeda pont li min fuqu jgħaddu l-karozzi b’konsegwenza li żewġ karozzi li kienu għaddejjin minn taħtu tgħaffġu.
Il-pont magħmul mill-konkrit, kien għadu qed jitlesta minn xogħol ta’ kostruzzjoni.
Il-pont waqa’ fuq il-biċċa ta’ quddiem ta’ karozza tal-linja u karozza li tgħaffġet kompletament.  
Il-belt fejn seħħ l-inċident, Belo Horizonte, se tkun qed tospita s-semi finali tat-tazza tad-dinja l-ġimgħa li ġejja.
Fl-inċident weġġgħu ukoll mat-22 persuna.