Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ċeda ħajt bl-ilma u bil-ħamrija fuqu fin-Naxxar.
Kien għall-ħabta tal-4.30pm li l-Pulizija ntalbet l-għajnuna f’kumpless ġo Triq Tul il-Kosta.
Meta marru hemmhekk, l-uffiċjali tal-pulizija sabu li kien ċeda ħajt bl-ilma u bil-ħamrija fuq raġel ta’ 36 sena residenti l-Gżira, li hu mill-Marokk.
Bl-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ir-raġel eventwalment ittieħed fl-Isptar Mater Dei fejn aktar tard irriżulta li għandu ġrieħi gravi.