Iceberg ħames darbiet ikbar minn Malta nqatgħet mill-Antartika

FILE PHOTO: An iceberg floats in a fjord near the town of Tasiilaq, Greenland, June 24, 2018. REUTERS/Lucas Jackson/File Photo

Iceberg ħames darbiet id-daqs ta’ Malta inqatgħet mill-Antartika. L-iceberg, magħrufa bħala D28, kienet osservata mill-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Osservazzjoni tad-Dinja tal-Unjoni Ewropea.

Il-blokka ġganteska tas-silġ hija kbira 631 mil kwadru.

Ix-xjentisti qed jgħidu li din l-iceberg qed iżżomm mat-347 biljun tunnellata ta’ silġ. Ix-xjentisti qed isostnu li dan mhux effett tat-tibdil fil-klima, iżda huma nkwetati dwar il-perikli li din il-blokka silġ tista’ toħloq għall-bastimenti.

Il-Professur Helen Fricker mill-Istituzzjoni Oċeanografika ta’ Scripps kienet bassret dan l-avveniment natura fl-2002, fejn kienet qalet li l-blokka silġ kellha tinqata’ mill-kumplament tal-Antartika bejn l-2010 u l-2015.