Iċċempel l-emerġenza biex tilmenta dwar ġelat

Is-servizzi ta' emerġenza fir-Renju Unit irċivew telefonata mhux tas-soltu. Iżda l-istorja wara t-telefonata ma' kienetx inċident, lanqas kienet xi talba għal salvataġġ, iżda mara li ċemplet biex tilmenta dwar ġelat.
It-telefonata, fuq il-linja 999, użata fir-Renju Unit bħala n-numru ta' emerġenza, damet madwar minuta bil-persuna li ċċempel tesprimi ruħha urtata mal-van tal-ġelat. "Naf li forsi ma' tantx hija emerġenza imma fir-realtà hija daqxejn. Ordnajt ġelat u tlabtu jagħmel biċċiet taċ-ċikkulata fuqu, iżda tal-van tefa' biss biċċiet fuq naħa waħda u issa qed jirrifjuta jtini flusi lura".
Naturalment bir-raġun l-uffiċjal tal-emerġenza saħaq mal-mara li l-kwistjoni ma kinetx waħda li fiha għandhom jidħlu l-pulizija filwaqt li fakkar lill-mara li n-numru 999 kien għal kwistjonijiet ta' ħajja u mewt.