Iċċempel 911 wara li qabad serp ma’ wiċċha

Pumpiera f’Ohio fl-Istati Uniti salvaw mara li ċemplet 911 għall-għajnuna minħabba li kellha boa constrictor, serp kbir mqabbad ma’ wiċċha.
Il-mara ta’ 45 sena spjegathielhom li s-serp kien twil mal-1.6 metri u dar magħha u gidmilha mniħirha.
Minnufih ambulanza u pumpiera marru fuq il-post u sabu l-mara mitluqa quddiem id-dar bis-serp mdawwar m’għonqha.
Sabiex isalvawha huma kellhom jaqtgħulu rasu barra. Hija ttieħdet l-isptar fejn ġiet iċċertifikata li ma sofriet ebda ġrieħi.
Is-serp boa constrictor joqtol persuna billi jdur ma’ persuna u jżommilha d-demm u n-nifs sakemm dawn ma jkunux jistgħu jilħqu l-organi vitali tal-bniedem.
Il-mara kien għadha kemm salvat serp u lil boa constrictor l-Erbgħa li għadda.