Iċċelebrata l-Ġimgħa ta’ Talb fost l-Insara

Matul din il-ġimgħa, sat-Tnejn li ġej, qed tiġi ċċelebrata l-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara.
Bit-tema “Imsejħin biex ixxandru l-għemejjel setgħana tal-Mulej” (ara 1 Pt 2:9), l-għan hu li jingħelbu l-firdiet fost l-Insara ta’ Knejjes differenti.
Għal din l-okkażjoni, nhar il-Ħamis fis-6.30 pm, se jiġi ċċelebrat Servizz Ekumeniku fil-Knisja ta’ San Nikola, fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, li għalih se jattendi l-Arċisqof Charles Scicluna.
Kulħadd huwa mistieden jattendi.