Ritratti: Iċċelebrata l-100 sena mid-dehriet tal-Madonna f’Fatima

Fl-okkażjoni tal-100 sena mid-dehriet tal-Madonna f’Fatima ġiet organizzata mixja bl-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima li attendew għaliha tfal minn diversi parroċċi
Il-mixja bdiet mid-Dar tal-Kleru fi Fleur-de-Lys sal-Knisja ta’ Santa Tereza, Birkirkara, fejn wara ġiet iċċelebrata Quddiesa li tmexxiet mill-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P.
Din l-attività giet organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Tfal flimkien mal-Parroċċa ta’ Santa Marija f’Birkirkara.
Ritratti: Ian Noel Pace